Knejjes u Kappelli

Il-Knisja Parrokkjali

Sa tmiem is-seklu sittax, l-Imqabba kienet saret parroċċa. Għalkemm il-parruċċani xtaqu li l‑Knisja ta’ Santa Marija tkun il-knisja parrokkjali tagħhom, l-Isqof iddeċieda li l-Knisja ta’ San Bażilju tkun il-knisja parrokkjali temporanja sakemm isiru tibdiliet neċessarji.

Il-knisja ta’ Santa Marija kellha tissewwa u kellha takkwista l-oġġetti meħtieġa biex tkun knisja parrokkjali proprja. Dun Pietru Pace nħatar il-kappillan ġdid tal-Imqabba fl-1604, li taħt l-amministrazzjoni tiegħu, beda l-bini ta’ knisja parrokkjali ġdida ddedikata lil Santa Marija Assunta.

Din il-knisja ġdida nbniet minflok żewġ knejjes oħra iżgħar; dik tal-Assunta u tal-Viżitazzjoni rispettivament. Il-kostruzzjoni bdiet fl-1699 u ntemmet fl-20 ta’ Mejju 1774. Biex jiffrankaw l-ispejjeż, ħafna parruċċani għenu fil-bini u ħafna minnhom kienu jaħdmu mingħajr ħlas fil‑Ħdud u l‑festi. Bħala kumpens għall-ħidma tagħhom, il-parruċċani kienu jingħataw xi pinta inbid, laħam, ħobż, għaġin, ġobon jew żebbuġ. Twaqqfet konfraternità ġdida tas-Sagrament u l‑konfraternità tar-Ruzarju ġiet trasferita minn San Bażilju għall-knisja l-ġdida. Wieħed mill‑parruċċani ħalla wkoll testment li rabat lill-qraba u lill-werrieta tiegħu biex jibqgħu jħallsu għall-quddiesa solenni u għall-għasar f’jum il-festa, kif kien qed jagħmel waqt li hu kien għadu ħaj.

Din il-knisja hija mibnija f’għamla ta’ salib Latin, għalhekk għandha żewġ sagristiji u żona tal‑kor fuq wara tal-artal maġġur u kellha sitt altari, inkluż l-artal maġġur.

Minħabba l-viċinanza tagħha għall-ajruport, l-Imqabba u l-knisja tagħha ġarrbu ħsarat matul it-Tieni Gwerra Dinjija. Il-ħsara lill-knisja tħallset bil-fondi tal-War Damage. Inbniet xi ftit jew wisq kif kienet qabel il-gwerra, bl-eċċezzjoni tal-koppla peress li din ingħatat interjuri dekorattivi aktar moderni u fuq metodi arkitettoniċi aktar moderni.

Il-Knisja ta' Ġesu Nazzarenu i,e Il-Kappella taċ-Ċimiterju fi Triq Ħal Kirkop

Fiċ-ċimiterju tal-Imqabba, wieħed isib knisja żgħira ddedikata lil Ġesù Nazzarenu. Filwaqt li l‑knejjes iż-żgħar l-oħra tar-raħal huma mibnija f’distanza qasira mill-Knisja Parrokkjali, din il‑knisja hija l-aktar ‘il bogħod mill-qalba tar-raħal. Sa ftit tas-snin ilu din il-knisja kienet imdawwra biss bl-għelieqi u wieħed seta’ jasal għaliha bil-mixi minn fuq il-ħajt tal-Matla.

Ta’ min jinnota li din il-knisja ma nbnietx bil-għan biex tkun parti miċ-ċimiterju, iżda, din iż‑żona diġà kienet tintuża bħala post ta’ dfin għal sekli sħaħ. Mill-1949 ‘il quddiem, din il‑knisja bdiet tintuża bħala l-knisja taċ-ċimiterju tal-Imqabba. Ta’ min jinnota wkoll li biss ftit snin qabel kienet għaddiet liġi li tipprojbixxi dfin ġewwa l-knejjes. Kien ta’ importanza kbira li l-Imqabba jkollha post tad-dfin tagħha barra l-Knisja Parrokkjali. B’hekk, il-knisja ta’ Ġesù Nazzarenu nbniet biex tonora lill-Imqabbin kollha midfuna hawn.

Ġewwa l-knisja wieħed isib statwa magħmula minn Karmenu Mallia. F’Lulju kienet tiġi ċċelebrata l-festa ta’ Ġesù Nazzarenu minn din il-knisja. Kif kienet id-drawwa għal kappelli u knejjes oħra fi ħdan il-lokalità, ħafna drabi kienet issir quddiesa f’din il-knisja. Illum-il-ġurnata, peress li din mhix il-Knisja Parrokkjali, il-quddiesa ssir tliet darbiet fis-sena: l-aktar Ħadd qrib Jum l-Omm u Jum il-Missier, u Ħadd iehor matul ix-xahar ta’ Novembru, ix-xahar tal-mejtin.

L-ewwel ġebla tpoġġiet fid-19 ta’ Ġunju 1910, u għalhekk hija l-aktar knisja li nbniet riċentament fl-Imqabba. Dakinhar saret purċissjoni mill-knisja parrokkjali sa dan il-post stess. Peress li l-Imqabba mdawwra b’tant barrieri, il-knisja nbniet mill-parruċċan Pawlu Xuereb bl-għajnuna ta’ ibnu Baskal, bl-użu tal-ġebla tal-franka Imqabbija. Il-knisja ġiet imbierka sena wara fis-16 ta’ Lulju 1911 mill-Isqof Mons. Pietro Pace.

Qanpiena ta’ 85kg, magħmula f’Varese, l-Italja, ġiet miżjuda mal-kampnar tal-knisja fl-1966.

L-ewwel persuna li ndifnet fiċ-ċimiterju kienet Giuseppa ta’ 83 sena magħrufa bħala Peppina Ghigo li mietet fis-7 ta’ Novembru 1949.

Fl-2022, saru alterazzjonijiet fid-daħla biex tkun aktar aċċessibbli.

Il-Knisja ta' San Bażilju

Il-Knisja ta’ San Bażilju hija waħda minn 30 knisja Medjevali li jinsabu fil-gżejjer Maltin u l‑unika knisja ddedikata lil San Bażilju. Huwa reġistrat li l-Knisja ta’ San Bażilju ġiet estiża tliet darbiet; l-ewwel darba fl-1486 u l-aħħar darba fl-1515.

Matul il-perjodu Medjevali, il-knejjes Imqabbin kienu jagħmlu parti minn grupp akbar ta’ knejjes f’lokalitajiet differenti, li kienu jinkludu Ħal Safi, Ħal Kirkop, u Ħal Luqa, u li kienu jagħmlu parti minn parroċċa oħra. Dun Bartilmew Mangion, il-kappillan ta’ Bir Miftuħ, kien l‑uniku saċerdot li kien jamministra s-sagramenti f’bosta knejjes. L-Imqabba ħassitha abbandunata, għax dan il-kappillan wieħed kien jieħu ħsieb madwar 55 kappella u knisja.

Fl-1575, l-Isqof beda ż-żjarat episkopali tiegħu fil-lokalitajiet differenti bl-ewwel żjara tiegħu fil-knisja ta’ San Bażilju tal-Imqabba fit-8 ta’ Frar. It-tamiet tal-Imqabba li ssir parroċċa kienu għalxejn peress li ż-żona kienet magħmula biss minn total ta’ 30 dar u 150 persuna.

Madankollu, fis-16 ta’ Settembru 1595, seba’ parruċċani mill-Imqabba ppreżentaw petizzjoni lill-Isqof Gargallo, fejn urew il-frustrazzjoni tagħhom li huma wisq ’l bogħod mill-knisja parrokkjali tagħhom biex jiġu amministrati s-sagrament f’każ ta’ emerġenza. Din id-darba, it-talba tal-parruċċani ġiet milqugħa. L-Imqabba saret parroċċa u l-knisja ta’ San Bażilju ġiet magħżula mill-Isqof bħala l-Knisja Parrokkjali.

Is-servizzi pastorali bdew fl-1598, bl-ewwel magħmudija tat-tarbija Ġann-Duminku Bonavia, f’Jannar 1599 u l-ewwel ċerimonja taż-żwieġ fi Frar 1599.

Il-knisja kienet fi stat pjuttost fqir, b’dekorazzjonijiet sempliċi ħafna u minimi, bieb tal-injam u ikona żgħira fuq l-artal. Iżda mill-1598, il-parruċċani bdew jgħaqqdu l-isforzi tagħhom biex iżejnu l-knisja tagħhom bil-materjal u dekorazzjonijiet meħtieġa. Fiż-żjarat li jmiss mill-Isqof fl-1600, huwa dokumentat li kien hemm fond tal-magħmudija ħdejn il-bieb ta’ barra, u tabernaklu sabiħ tal-injam li jissakkar bis-sagrament. Fuq l-artal maġġur kien hemm pittura fuq l-injam, fuq stil Grieg, li turi lil Santa Marija fin-nofs flimkien ma’ San Ġużepp u San Bażilju, il-patrun ta’ din il-knisja, datata 1677.

Kien hemm żewġ altari oħra; dik fuq ix-xellug tal-artal maġġur iddedikata lill-Madonna tar‑Rużarju u dik tal-lemin iddedikata lill-Viżitazzjoni ta’ Marija Bambina.

Il-knisja għandha forma rettangolari, b’arkati bil-ponta, li juru l-influwenza Siculo-Normann. L-istess stil jista’ jiġi osservat fuq barra b’arkata bil-ponta ’l fuq mill-entratura prinċipali u Rose Window sabiħa. Il-bieb oriġinali nbidel fis-snin sebgħin.

Ladarba l-knisja l-ġdida ta’ Santa Marija Assunta inbniet bħala knisja parrokkjali, il‑knisja ta’ San Bażilju ma baqgħetx aktar il-knisja parrokkjali iżda kienet meqjusa bħala t-tieni fl‑importanza.

Iz-zuntier tal-knisja llum huwa miksi b’ċangaturi tal-franka, madankollu, din iż-żona oriġinarjament kienet tintuża bħala ċimiterju, speċjalment fi żmien il-pesta tal-1674. Dan jidher ukoll fil-monument ħdejn il-knisja li juri l-erwieħ mdawra f’nirien, li jirrappreżentaw il‑pesta, u l-kranju tal-mewt. Mill-1799, din iż-żona ma baqgħetx tintuża bħala ċimiterju.

Anke qabel ma saret parroċċa, in-nies li kienu joqogħdu fil-viċin kienu jagħmlu l-għalmu tagħhom biex jassiguraw li ssir quddiesa f’din il-knisja tal-inqas fil-Ħdud u l-ġranet tal-festa. Il-festa ta’ San Bażilju kienet tiġi organizzata fl-14 ta’ Jannar. Illum tiġi ċċelebrata fit-2 ta’ Jannar.

Il-Knisja ta' Santa Katarina

Madwar l-1550 WK, fil-post fejn illum insibu l-Knisja ta’ Santa Katarina, kienu jeżistu żewġ knejjes iżgħar, waħda ddedikata lil Santa Katarina u oħra ddedikata lil San Pietru. Madankollu, meta l-Isqof żar l-Imqabba fis-seklu tmintax, innota li ż-żewġ knejjes kellhom bżonn ta’ ħafna manutenzjoni u b’hekk, ordna li jitwaqqgħu u tinbena knisja akbar iddedikata lil Santa Katarina fl-ispazju ta’ dawn iż-żewġ knejjes. Għalhekk, l-ewwel ġebla tqiegħdet u tbierket fl-1764.

Minħabba li nbniet fis-seklu tmintax, din il-knisja hija differenti mill-knejjes l-oħra tal‑Imqabba. Hija mibnija f’forma ċirkolari minn ġewwa, u hija mżejna b’kampnar sempliċi iżda fuq stil barokk. Il-knisja tinsab faċċata tal-knisja parrokkjali u minkejja li hija knisja relattivament żgħira, il-kwadru titulari jagħti lill-knisja karattru uniku. Din il-pittura ta’ fuq l‑altar maġġur tirrappreżenta ż-żwieġ mistiku ta’ Santa Katarina, flimkien ma’ rappreżentazzjoni ta’ Sant’Anna u San Ġwann Evanġelista. Fuq ir-rokna tax-xellug wieħed jista’ jara l-istemma tal-familja Aquilina, li ikkummisjonat din il-pittura.

Ta’ min jgħid li l-ewwel darba li seħħew iċ-ċelebrazzjonijiet u ċ-ċerimonja għas-sagrament tat‑Tqarbin għat-tfal tal-Imqabba sar fit-23 ta’ Ġunju 1901, f’din il-knisja stess

Il-Knisja tal-Madonna tad-Duluri