Ġeografija u Storja

Il-popolazzjoni tal-Imqabba, raħal żgħir ħafna li jinsab fix-Xlokk ta’ Malta, tammonta għal madwar 3,200 abitant. Għalkemm huwa raħal żgħir ħafna, huwa raħal uniku peress li l-maġġoranza tal-ġebla tal-Franka Ġlobiġerina li tinsab f’Malta tinsab fl-Imqabba. Għalhekk huwa r-raħal speċjali mbierek bl-uniċi riżorsi naturali li jinsabu fil-gżira. Ħafna mid-djar mibnija f’Malta għandhom il-ġebla tal-Franka Ġlobiġerina bħala l-karatteristika ewlenija fil-kostruzzjoni. Din il-karatteristika ġeoloġika kkundizzjonat il-ħajja soċjoekonomika tar-raħal, peress li ħafna mill-ħaddiema tal-barriera huma ħaddiema mill-Imqabba u l-irħula ġirien tal-Qrendi, iż-Żurrieq, is-Siġġiewi, Ħal Kirkop, Ħal Safi u Ħal Luqa. 

  

L-importanza tal-Imqabba tidher saħansitra fil-fdalijiet arkeoloġiċi li nstabu fil-viċinanzi tal-Imqabba. Annimali estinti nstabu f’barrieri f’“Ta’ Kandja” u “Tax-Xantin”. Sinjal li n-nies Neolitiċi għexu hawn, kien evidenti bis-sejba ta’ għar fil-qrib li nstab f’sit magħruf bħala “Bur Megħeż”. Madankollu waħda mill-aktar skoperti importanti fl-Imqabba huma l-“Katakombi Mintna” Paleo-Kristjani li nstabu fi Pjazza tal-Ġublew tad-Djamanti fl-1860 minn Dr A. A. Caruana u l-Kaptan Strickland. Fil-fatt dan huwa kumpless ta’ katakombi. Il-mejda ritwali magħrufa bħala l-“Agape” tiddomina l-istruttura kollha tal-oqbra. Dettalji arkeoloġiċi ġew studjati minn Mayr. Becker, Zammit u Bellanti. 

  

It-Torri tal-Vinġenti huwa wkoll struttura importanti fl-Imqabba li ttella’ mill-Prijor Orfeo de Vincenzo waqt iż-żjara tal-Ordni ta’ San Ġwann f’Malta fl-1726. F’Jannar tal-1997, l-Awtorità tal-Ippjanar ippjanat din il-proprjetà sabiex dan il-monument jiġi kkonservat aħjar flimkien ma’ diversi bini ieħor storikament importanti minkejja li din hija proprjetà privata. 

  

It-tradizzjoni reliġjuża qawwija tal-abitanti hija esebita fin-numru ta’ kappelli, niċeċ u knejjes li jinsabu fl-Imqabba, l-aktar importanti minnhom hija l-kappella ta’ San Bażilju li tmur lura għas-seklu sittax. Il-knisja ġiet imkabbra fi tliet okkażjonijiet separati li l-aħħar parti minnhom tlestiet fl-1515. Il-vittmi tal-pesta ġew midfuna kemm ġewwa l-kappella kif ukoll fil-bitħa ta’ quddiemha. 

  

Maġenb il-Kappella ta’ San Bażilju, tinsab kappella oħra ddedikata lil San Mikiel, oriġinarjament mibnija fl-1550. Din inbniet mill-ġdid fl-1669 u l-ġebla kwadra mżejna fil-bieb ta’ barra hija x’aktarx fdal tal-kappella oriġinali. 

  

Il-kappella tal-Madonna tad-Duluri li tinsab fi Triq il-Parroċċa hija partikolari ħafna peress li hija miżmuma tajjeb ħafna. Din inbniet oriġinarjament qabel l-1550, u kienet iddedikata lill-Assunta tal-Madonna. Inbniet mill-ġdid fl-1680 u minn hawn ‘il quddiem iddedikata lill-Madonna tad-Duluri. 

  

Il-Kappella ta’ San Ġwann ta’ Ħal Millieri fiha fonti mhux komuni li huwa reċipjent li kien jintuża għall-magħmudija tat-tarbija tat-twelid fl-antik. Il-knisja l-qadima ġiet profanata minn Mons Dusina fl-1575 u biswit magħha kien hemm knisja oħra ddedikata lil San Mikiel li ġiet profanata fl-1667. 

  

Wieħed m’għandux iħalli barra l-Kappella ta’ Santa Katarina li tinsab f’post prominenti ħafna fl-Imqabba; quddiem il-Knisja Parrokkjali. Din il-knisja twaqqfet flok żewġ knejjes oħra ddedikati lil San Pietru u Santa Katarina fl-1761. 

  

Bini ieħor storikament importanti huwa l-Isptar il-Qadim. Ġie mtella’ mill-Kavallieri ta’ San Ġwann fis-seklu XVIII biex jfejjaq lill-vittmi tal-pestilenza u mard ieħor. Bl-assistenza tal-Kunsill, din il-binja kienet skedata u hija l-intenzjoni tal-Kunsill li l-ispazju jerġa’ jintuża sabiex fih tittella’ wirja permanenti. 

  

Fis-26 ta’ Ottubru 1994, il-Kunsill Lokali tal-Imqabba, ikkummissjona perit biex jispezzjona l-istatwa ta’ San Franġisk fuq pedestall tal-ġebel li jinsab fi Pjazza tal-Ġublew tad-Djamanti, kantuniera ma’ Triq is-Sejba. Minħabba t-twessigħ tat-toroq fl-1970, il-pedestall tal-ġebel u l-istatwa ġew żarmati u mibnija bix-xogħol oriġinali tal-ġebel fil-post preżenti. L-istatwa hija ta’ materjal kompost maħdum mill-Prof Gulio Maschetti fl-1899 li qisu mużajk. Il-Kunsill qed jagħmel minn kollox biex jibda bir-restawr tal-istatwa flimkien mal-pedestall qabel ma jkun tard wisq biex issir il-ħaġa. 

  

Ir-raħal tal-Imqabba huwa raħal antik u s-sena d-dieħla l-Knisja Parrokkjali se tiċċelebra l-400 sena minn meta saret Knisja Parrokkjali. Il-Knisja fiha nnifisha li hija mżejna b’mod għani, turi koppla impressjonanti ħafna li sofriet ħsarat estensivi matul it-TIeni Gwerra Dinjija. Fortunatament il-kampnar ma sofra l-ebda ħsara. It-torri ta’ l-għassa ġie msewwi minn Mikelang Sapiano fabbrikant u sewwej ta’ torri tal-għassa mill-Imqabba li aktar tard ġie milqugħ bħala ġenju mekkaniku, minkejja diversi attentati minn sewwejja oħra li wrew għalxejn. 

  

Iż-żewġ każini tal-baned tar-raħal jinsabu fil-Pjazza tal-Knisja. 

  

Il-festi tar-raħal huma popolari ħafna mar-residenti. Fil-fatt, attenzjoni partikolari tingħata kontinwament sena wara sena fuq il-logħob tan-nar. Dan jaqbad ħafna folla, mhux biss għall-Maltin, imma wkoll għat-turisti li jżuru l-gżira matul l-istaġun tas-sajf. L-Imqabba tippreżenta collage tal-antik u l-ġdid, dak tradizzjonali u innovattiv. Dan il-collage jagħti identità partikolari lil dan ir-raħal żgħir fix-Xlokk ta’ Malta.