Statwi tal-Kunċizzjoni u ta’ San Franġisk t’Assisi fil-Pjazza Ġublew tad Djamanti
San Franġisk ta’ Assisi huwa magħruf bħala devot u anke difensur tad-duttrina tal-Kunċizzjoni ta’ Santa Marija. Fl-1899, f’din il-pjazza twaqqfet statwa ta’ San Franġisk, faċċata tal-istatwa tal-Immakulata Kunċizzjoni li tfakkar il-bidu tal-Konfraternità tal-Immakulata Kunċizzjoni fl Imqabba fl-1772.